Internazzjonali

Spanja: Il-Partit Soċjalista ma jirnexxilux iġib il-maġġoranza

Għat-tielet elezzjoni f’ 4 snin, il-Partit soċjalista Spanjol ġab 29% tal-voti u qiegħed ifittex Partit ieħor biex jifforma Gvern ta’ koalezzjoni.

Il-Prim Ministru Pedro Sánchez qal li l-futur rebaħ lill-passat hekk kif il-poplu għażel lill-partit tiegħu, Partit Soċjalist wara 11-il sena. Qal ukoll li r-riżultat jitkellem waħdu u huwa messaġġ ċar lill-Unjoni Ewropea – li Spanja mhux se toqgħod aktar għal sistemi awtoritarji.

Fost oħrajn kien hemm rebħiet għal dawk lemini estremi, hekk kif fil-Parlament eleġġew numru ta’ deputati. Dan sar l-ewwel darba minn wara t-tmexxija ta’ Franco.