Ikompli jikber il-ġlied fost il-kandidati Laburisti. Dan hekk kif kandidat Laburista għall-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali f’Ħal Tarxien qed ixerred insinwazzjonijiet li l-Kunsilli Laburista tal-istess lokalità għandu d-dejn.
Dlonk kienet ir-reazzjoni tas-Sindku ta’ Ħal Tarxien fejn ċaħad dan kollu. Huwa qal li b’responsabbiltà jgibbed dak li ntqal.
Mill-kandidati li ppreżenta l-Partit Soċjalista, għandu 112-il kunsillier li qed iservu bħalissa u li issa mhux se jerġgħu jikkontestaw l-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej. Filfatt is-Sindku ta’ Ħal Tarxien huwa wieħed minnhom. Flimkien miegħu hemm seba’ sindki oħra li mhux se jerġgħu jikkontestaw mal-Partit Soċjalista – f’Ħal Qormi, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, ix-Xagħra, l-Imqabba u l-Isla.
Dan meta fil-midja u fil-mezzi soċjali ġew irrappurtati każijiet ta’ argumenti sħan u battibekki bejn il-kandidati tal-Partit Soċjalista stess, u kunsillier fl-Imsida rriżenja mill-Partit Soċjalista u ddikjara lilu nnifsu indipendenti.
Sabiex jgħatti xturu, il-Partit Soċjalista issa qiegħed jigdeb u jispinnja meta kien hu, li ħassar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali sentejn ilu u issa bl-aktar mod anti-demokratiku ħassar l-elezzjonijet ta’ 16-il Kunsill Amministrattiv fl-elezzjoni li ġejja, u dan għax ma jemminx fil-Kunsilli Lokali.
Il-maskra tal-Partit Soċjalista issa waqgħet, li minn dejjem kien kontra l-Kunsilli Lokali mhux bħall-Partit Nazzjonalista li wellidhom u kabbarhom għax għandu fiduċja fil-poplu u fir-residenti li jistgħu jiddeċiedu fl-aħjar interess tal-lokalitajiet fejn jgħixu.
//= $special ?>