Huma dawn it-tip ta’ negozji li rridu naraw – negozji li mhux biss jikkompetu fuq livell Ewropew iżda li joffru faċilitajiet uniċi.
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian delia meta t-Tlieta zar is-supermarket Valyou fin-Naxxar, fejn qal illi huwa ta’ sodisfazzjon għal pajjiżna li tara negozjanti Maltin jikkompetu ma pajjiżi oħra b’serjeta.–
Adrian Delia insista li l-PN se jibqa’ jkun ta’ appogg ghal kull intrapriza lokali.

Flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, għal din iż-żjara kien hemm jakkumpanjawh il-il-Membru Parlamentari Maria Deguara, il-kandidati għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Michael Brigulio u Dione Borg kif ukoll kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Din kienet wahda minn sensiela ta’ zjarat li organizza l-PN bhala parti mic-celebrazzjonijiet marbuta ma’ Jum il-Haddiem.
//= $special ?>