Pensjonant jew pensjonanta li għandha pensjoni ta’ €450 fix-xahar bagħtet ittra lil Net News tikkonferma dak li ilu jgħid il-Partit Nazzjonalista li l-Gvern qed jixxaħħaħ mal-morda u l-anzjani intitolati għal mediċini billi jagħtihom mediċini inferjuri.
Fl-ittra mibgħuta b’mod anonimu il-pensjonant jew pensjonanta tispjega li l-Gvern qed jagħti pilloli tal-pressjoni inferjuri f’borża u mingħajr ebda direzzjonijiet jew struzzjonijiet dwar side effects. “Tgħoddlok il-pilloli u daqshekk”, tgħid l-ittra.
L-ittra tkompli li minkejja li l-pensjoni li din il-persuna qed tieħu hi fost l-iktar baxxa ta’ €450 fix-xahar, din qed tixtri l-pilloli tad-ditta Diovan. Dawn il-pilloli jiswew kważi €25 u għaldaqstant, jekk wieħed ikollu bżonn jixtri dawn il-pilloli kull ġimgħa, din il-persuna ikollha tonfoq bejn €100 u €125 kull xahar, jiġifieri kważi kwart tal-pensjoni kollha.
Agħar min hekk, l-ittra tkompli li matul l-amministrazzjoni Nazzjonalista, il-persuni intitolati kienu jingħataw propju l-pilloli tad-ditta Diovan u dak iż-żmien kienu jiswew €28, iktar minn €3 fuq kull kaxxa.
Iżda minkejja li l-pilloli roħsu, il-Gvern xorta waħda jkompli jixxaħħaħ mal-morda u l-pensjonanti billi jqassam pilloli inferjuri. “Dan il-Gvern mhux ifejjaqna jrid imma jeqridna. Min hu magħkus iżjed minni jkollu jibla’ li jtih il-Gvern,” ittemm l-ittra.
//= $special ?>