Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-Pulizija kkonfermaw li l-Ark storiku tal-Furjana, li spiċċa ħuġġieġa nar fis-sigħat bikrija tas-Sibt filgħodu, tqabbad apposta.
Net News jinsab infurmat illi sa mill-bidu nett, id-dilettanti tal-festa bdew jinsistu illi fuq il-fdalijiet tal-Ark instabu traċċi ta’ fjuwil.
Dan gie konfermat minn filmati li inqabdu mill-cameras tas-sigurta f’dik iż-żona sabiex jinqabdu l-imħuħ wara dan ir-reat.
Bħalissa ghadha għaddejja l-investigazzjoni li infethet mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.
L-ark tal-festa ta’ San Publiju fil-Furjana ntrama għall-ewwel darba mija u għoxrin sena ilu.
Mal-ewwel intwera impenn car biex l-Ark jerga’ jinbena u jerga’ jibda jitgawda mid-dilettanti Furjanizi, u dawk kollha li huma verament dilettanti tal-festi u l-wirt kulturali. Minn tal-ewwel li ta l-appogg tieghu, kien l-Arcisqof ta’ Malta Mons Charles Scicluna.
//= $special ?>
