Il-Malta Football Association ħabbret l-informazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-partitarji u l-bejgħ tal-biljetti għad-decider għar-rebħ tal-kampjonat bejn Valletta u Hibernians li se tintlagħab is-Sibt li ġej fl-Istadium Nazzjonali fl-4.30pm.
Il-partitarji ta’ Valletta għandhom joqogħdu f’West C fl-Enclosure u Millenium D fil-Millenium Stand. Il-partitarji ta’ Hibernians għandhom joqogħdu f’West A fl-Enclosure u n-North Stand jiġifieri wara l-lasta. Il-partitarji newtrali jistgħu joqogħdu f’Millenium F, bil-bibien jinfetħu fis-2.00pm

Il-bejgħ tal-biljetti għas-setturi West A (Hibernians) u West C (Valletta) qed jinbiegħu mill-klabbs rispettivi. Il-biljetti għas-settur Millenium F ikunu għall-bejgħ il-Ħamis filgħodu. Il-partitarji huma mħeġġa biex jixtru l-biljetti minn qabel u jaslu fl-Istadium Nazzjonali qabel dakinhar tal-logħba. Dettalji dwar rotot tat-traffiku u arranġamenti oħra jiġu kkomunikati fiż-żmien opportun.
//= $special ?>