Lokali

L-ewwel dibattitu politiku – “Uża l-vot tiegħek biex twassal il-messaġġ”

Flimkien… għax jeħtieġ li tonqos id-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel…. flimkien għax pajjiżna għandu arja fost l-aktar imniġġsa fl-Ewropa… flimkien… għax f’dal pajjiż hawn serbut nies jistennew il-housing imma minflok il-Gvern qed ineffaq lill poplu Malti €725  miljun fis-sena f’korruzzjoni.

Il-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista  għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Frank Psaila kien qed jitkellem waqt dibattitu fuq l-istazzjon nazzjonali – Xandira tal-Awtorità tax-Xandir li fiha ħadu sehem numru ta’ kandidati.

Mistoqsi dwar il-kundanni internazzjonali fuq il-Gvern, fosthom minħabba l-Panama Papers u l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia…il-Kandidat tal-Partit Soċjalista Malti James Grech qal biss.

Hu mbagħad reġa rrepeta d-diska tal-Ministru tal-Ġustizzja u tal-Prim Ministru fejn qal li l-Gvern talab lill-Kummissjoni Venezja biex tagħmel rapport dwar pajjiżna…. meta kulħadd jaf li l-Kummissjoni Venezja kienet diġa qalet li se tkun qed tirrapporta dwar Malta…. u kien għalhekk li Owen Bonnici mbagħad għamel talba lill-Kummissjoni, biex taparsi r-rapport kien talbu l-Gvern

Frank Psaila minn naħa tiegħu rrefera dwar il-bidliet li talbet il-Kummissjoni Venezja mill-Gvern, filwaqt li rrisponda wkoll lill-kandidat Soċjalista.

Dan kien l-ewwel minn sensiela ta’ xandiriet politiċi qabel l-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju.