Futbol Sport

Lazio jevitaw li jilagħbu bil-bibien magħluqa minkejja kant razzjali kontra plejers ta’ Milan

Lazio ħelsuha ħafif li jkollhom l-istadium magħluq immedjatament wara li partitarji tagħhom insultaw b’mod razzjali liż-żewġ plejers ta’ Milan Tiemoue Bakayoko u Franck Kessie waqt it-tieni leg tas-semifinali tal-Coppa Italia li ntlagħbet f’San Siro l-ġimgħa li għaddiet. It-tribunal tad-dixxiplina qal li Lazio jkollhom jilagħbu logħba f’darhom b’parti ta’ Stadio Olimpico magħluqa jekk l-inċident jiġi rrepetut fi żmien sena.

F’Diċembru li għadda, Inter kienu ordnati li jilagħbu żewġ logħbiet f’darhom bil-bibien magħluqa wara li d-difensur ta’ Napoli Kalidou Koulibaly kien suġġett għal insulti razzjali.