Futbol Sport

Mauricio Pochettino jemmen li l-kollettiv hu l-akbar saħħa ta’ Tottenham

Dawn l-erba' plejers ta' Tottenham kollha lagħbu ma' Ajax fil-karriera tagħhom

Tottenham irċevew aħbar tajba qabel l-ewwel leg tas-semifinali tal-UEFA Champions League kontra Ajax hekk kif irritorna għat-taħriġ Moussa Sissoko. Il-midfielder Franċiż falla l-aħħar tliet logħbiet minħabba problema fil-groin iżda tħarreġ ilbieraħ. Id-difensur Jan Vertonghen tħalla jistrieħ fit-telfa ta’ 1-0 li Tottenham kellhom kontra West Ham is-Sibt li għadda. Sissoko u Vertonghen se jkunu qed isirulhom xi eżamijiet mediċi biex jikkonfermaw jekk humiex fiżikament tajbin.

L-attakkant Harry Kane għadu qed ikompli jirkupra mill-għaksa li weġġa’ kontra Manchester City fl-ewwel leg tal-kwarti tal-finali. Il-manager ta’ Mauricio Pochettino qal fl-aħħar jiem li l-captain Ingliż ikun fiżikament tajjeb jekk Tottenham jaslu sal-finali. Minbarra Kane, Harry Winks, Erik Lamela u Serge Aurier jinsabu mweġġgħin filwaqt li Heung-Min Son hu sospiż u Vincent Janssen mhux reġistrat fl-iskwadra.

Pochettino żied li huma jinsabu f’din il-fażi għaliex huma tim u saħaq li minħabba dan il-fatt mhux importanti minn jiskorja, b’referenza għan-nuqqas ta’ Son u Kane. Hu żied li minkejja li f’xi drabi kellhom xi plejers neqsin, dejjem ikkompetew u għalhekk mhux inkwetat. Pochettino kompla li s-saħħa tagħhom hu l-kollettiv u għandhom spirtu fit-tim li jistgħu jiksbu dak kollu li hu possibbli.

Fatt interessanti hu li hemm erba’ plejers ta’ Tottenham li fil-passat lagħbu ma’ Ajax. Dawn huma Christian Eriksen, Jan Vertonghen, Davinson Sanchez u Toby Alderweireld, bl-ewwel tlieta jingħaqdu ma’ Tottenham mingħand l-istess klabb Olandiz. Ajax kellhom il-lussu ta’ ġimgħa preparazzjoni wara li l-logħba mill-kampjonat Eredivisie tħassret biex ikunu jistgħu jagħtu l-massimu u jiksbu l-aħjar riżultat fl-Ewropa.

Tottenham rebħu ż-żewġ logħbiet li lagħbu fil-passat kontra Ajax fl-istaġun 1981/82 fit-Tazza tat-Tazzi. Ajax rebħu biss logħba fis-sitt logħbiet li lagħbu kontra avversarji Ingliżi fiċ-Champions League. L-Ingliżi jridu joqogħdu attenti mis-saħħa ta’ Ajax barra minn darhom hekk kif għelbu fir-rawnds preċedenti huma rebħu lil Real Madrid u Juventus barra mill-Johan Cruyff Arena, xi ħaġa li saret għall-ewwel darba fi staġun wieħed meta tim naqas li jirbaħ fil-grawnd tiegħu fl-ewwel leg.

Il-kowċ ta’ Ajax Erik ten Hag għandu skwadra żagħżugħa għad-dispożizzjoni hekk kif l-età medja tal-ewwel ħdax hi ta’ 24 sena u 257 ġurnata. Fost il-plejers li spikka f’dan it-tim hemm Dusan Tadic li kien involut f’disa’ gowls ta’ Ajax fiċ-Champions League f’dan l-istaġun. Lionel Messi biss kien involut aktar minn Tadic bi 13-il gowl.