Lokali

PANAMA PAPERS: Muscat imur lura minn kliemu u mhux se jgħidlu jirriżenja

Iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, mhux se jirriżenja wara li issa b’mod uffiċjali se tinfetaħ inkjesta kriminali fil-konfront tiegħu – evidenza li se tinġabar bħala parti mill-inkjesta li diġa’ infetħet mill-Maġistrat Charmaine Galea.

Dalgħodu, f’kummenti lill-media wara laqgħa fil-Workers’ Memorial Building tal-GWU, il-Prim Ministru wera biċ-ċar li mhux se jkeċċi lil Schembri. Anzi, baqa’ jiddefendih bis-saħħa kollha.

Dan meta fl-2017, fl-eqqel tal-iskandlu tal-Panama Papers, kien qal b’mod dirett li jekk tinbeda investigazzjoni kriminali fil-konfront ta’ Keith Schembri “hu jkollu jirriżenja”.

Keith Schembri f’laqgħa tal-Kabinett