Persuna ta’ 59 sena miż-Żejtun ittieħdet l-isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro fil-Marsa bejn tliett karozzi għall-ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofsinhar.
Il-karozzi hu mifhum li kienu tat-tip Mercedez, Mazda kif ukoll karozza Diahatsu.
Il-kundizzjoni tal-persuna li ttieħdet l-isptar għadha mhux magħrufa.