Il-membru Parlamentari Ewropew eletta f’isem il-Partit Nazzjonalista, Roberta Metsola, ġiet rikonoxxuta mis-sit elettroniku mepranking.eu bħala waħda mill-MEPs l-iżjed attivi fil-leġiżlatura li għada kemm intemmet qabel il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea jivvotaw biex jeleġġu l-membri parlamentari l-ġodda fil-25 ta’ Mejju li ġej.
Fost ir-raġunijiet li wasslu biex Roberta Metsola tieħu dan ir-rikonoxximent mis-sit elettroniku mepranking.eu hemm il-ħidma li hi wettqet sabiex timbotta l-prioritajiet għal Malta u Għawdex fl-aġenda Ewropea.
//= $special ?>