Lokali

Simon Schembri jirritorna għax-xogħol minn għada

Nhar l-1 ta’ Mejju, is-Surġent Simon Schembri se jirritorna għax-xogħol. Dan wara li għadda minn ġimgħat diffiċli ferm wara l-aggressjoni li sofra waqt li kien fuq il-qadi ta’ dmirijietu.

Il-Korp tal-Pulizija ħabbar li Schembri se jkun stazzjonat fis-sezzjoni tat-traffiku, filwaqt li se jkun qed jassisti lis-CMRU fis-sezzjoni tal-media u l-komunità.

Simon Schembri se jkun qed joffri wkoll taħdidiet għal tfal tal-iskola.