Victoria Hotspurs għalqu kampjonat ieħor mill-aqwa meta għelbu lil Nadur Youngsters 4-2 fil-Gozo Stadium biex ġew preżentati bit-trofew tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.
Elton da Silva poġġa liċ-champions minn fuq wara żewġ minuti biss għalkemm Shaun Attard ġab id-draw fil-11-il minuta. Christian Mercieca reġa’ tefa’ lil Victoria Hotspurs minn fuq fis-37 minuta biex Elton da Silva daħħal lit-tim tiegħu 3-1 minn fuq. Emiliano Lattes żied il-vantaġġ fid-79 minuta, b’Marcelo Barbosa jnaqqas id-distakk żewġ minuti mit-tmiem.
Wara l-logħba, il-President tal-Gozo Football Association Samuel Azzopardi u l-Uffiċjal Kap tal-BOV Horace Laudi ppreżentaw it-trofew lill-captain ta’ Victoria Hotspurs. Fatt interessanti hu li Victoria Hotspurs kisbu l-istess ammont ta’ punti miksuba l-istaġun li għadda li hu l-massimu li t-tim kiseb fil-futbol Għawdxi, hekk kif waqqgħu biss ħames punti. Elton da Silva spiċċa l-aqwa skorer tal-kampjonat bi 30 gowl.
Fil-logħbiet l-oħra mill-aħħar ġurnata, Għajnsielem għelbu lil Xewkija Tigers 5-2. Il-logħba sas-77 minuta kienet 2-2 bil-gowl tad-draw skorjat minn Claudio Antunes. Iżda tripletta ta’ Luis Andre de Melo Lima bejn id-79 u l-85 minuta tat ir-rebħa lil Għajnsielem.
Għarb Rangers u Kerċem Ajax spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Dan id-draw ikkundanna lil Munxar Falcons għar-relegazzjoni filwaqt li Għarb Rangers jilagħbu l-play-off biex iżommu posthom fl-ogħla pożizzjoni tal-kampjonat.Munxar Falcons rebħu 2-1 kontra SK Victoria Wanderers. Munxar dawru r-riżultat fl-aħħar kwarta, bil-gowl rebbieħ jasal fit-92 minuta.
Kif Spiċċaw
L R D T F K Pti
Victoria H. 21 19 1 1 68 22 58
Nadur Y. 21 15 4 2 72 25 49
Xewkija T. 21 8 3 10 57 45 27
Għajnsielem 21 7 5 9 41 52 26
SK Victoria W. 21 6 3 12 29 44 21
Kerċem A. 21 5 6 10 26 44 21
Għarb R. 21 4 6 11 32 50 18
Munxar F. 21 5 2 14 30 73 17
//= $special ?>