Lokali

15-il sena mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea

L-1 ta’ Mejju 2004, Malta, flimkien ma’ disa’ pajjiżi oħra, issieħbet fl-Unjoni Ewropea. Dan wara mixja twila, negozjati iebsin u referendum missielet b’kampanja qalila mill-Partit Laburista kontra li Malta tieħu postha mal-bqija tal-pajjiżi Ewropej.

Fit-8 ta’ Marzu 2003, il-poplu Malti vvota f’referendum nazzjonali fejn 54% ivvutaw favur sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Min-naħa tiegħu, il-Mexxej Laburista Alfred Sant qal li l-partnership rebaħ u qal li l-uniku riżultat li jorbot hu dak ta’ elezzjoni ġenerali. Dan wassal biex dakinhar stess li tħabbar ir-riżultat tar-referendum, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami sejjaħ elezzjoni ġenerali li kkonferma r-rieda tal-poplu Malti li jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.

15-il sena wara, l-għaqal tal-politika tal-Partit Nazzjonalista u l-eluf li appoġġjaw din id-direzzjoni, ingħataw raġun hekk kif l-appoġġ għas-sħubija ta’ Malta fl-UE illum hu ta’ 81%, skont stħarriġ tal-Eurobarometer.