MALTA…………….. 14 POLONJA…………… 4
(3-0), (3-2), (3-1), (5-1)
Bidu pożittiv għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena fi Grupp A għall-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew. It-tim Malti għeleb lit-tim Pollakk mingħajr diffikultà hekk kif bena fuq il-bidu tajjeb li kellu u kkontrolla lill-avversarji. Kif mistenni għat-tim Malti spikka Jake Muscat awtur ta’ seba’ gowls
It-tim Malti għamel il-logħba aktar faċli għalih bi tliet gowls fl-ewwel żewġ minuti tal-logħba mill-aqwa skorer tal-logħba Jake Muscat. Il-gowlkiper Miguel Vassallo ddistingwa ruħu wkoll meta salva tajjeb f’żewġ okkażjonijiet u assigura li Malta ma ssofri l-ebda gowl fl-ewwel sessjoni.
Fit-tieni sessjoni, it-tim Malti kien aktar traskurat quddiem il-lasta u sofra minn mumenti żgħar ta’ nuqqas ta’ konċentrament. Il-Polonja naqqset id-distakk għal 5-2 sakemm Jake Muscat skorja s-sitt gowl tiegħu ftit qabel il-mistrieħ f’azzjoni maħduma tajba.
Il-kowċ Malti serraħ ftit lil Muscat fit-tielet sessjoni. Konxji anki mid-distakk, il-Polonja qasmet ftit aktar il-logħob mat-tim Malti, għalkemm iż-żgħażagħ Maltin baqgħu fil-kontroll tal-logħba. F’din is-sessjoni spikka Benji Cachia li skorja doppjetta.
Minkejja li l-kowċ Karl Izzo ried iżomm il-livell ta’ konċentrazzjoni, hu għamel ir-rotazzjoni fl-iskwadra biex aktar plejers jieħdu l-ħin tagħhom f’tournament impenjattiv. Madankollu l-plejers Maltin baqgħu jilagħbu l-logħba tagħhom u komplew ikabbru l-iskor għal riżultat li jagħti kuraġġ għall-impenji li jmiss.
Malta: M. Vassallo, J. Farrugia, L. Falzon (1), G. Melillo (1), M. Carani (1), B. Cachia (2), N. Schiavone (1), S. Busuttil (1), G. Farrugia, J. Bonavia, M. Chircop, J. Muscat (7), M. Rossi
Polonja: B. Benda, M. Kitlowski, M. Walesic, G. Cegielski, W. Babula, M. Stasiak, M. Krakowiak (2), J. Brzeski, N. Rudny (1), P. Telbuch (1), N. Buczkowski, K. Telbuch, M. Wojtaszek
Referee: Oleg Gribanov (Moldova), Sevan Arslanyan (Turkija)
//= $special ?>