Futbol Sport

Iker Casillas isofri minn attakk ta’ qalb waqt it-taħriġ

(Ritratt: EPA)

Rapport fil-media Portugiża rrappurtaw li l-gowlkiper Spanjol Iker Casillas iddaħħal l-isptar wara li sofrza minn suspett ta’ attakk ta’ qalb waqt li kien fit-taħriġ ma’ Porto. Casillas li jagħlaq 38 sena aktar tard dan ix-xahar, għadu kemm iffirma kuntratt ġdid ma’ Porto f’Marzu li għadda.

Casillas ilu ma’ Porto mill-2015 wara li lagħab ma’ Real Madrid tul il-karriera tiegħu. Hu lagħab ukoll 167 logħba mat-tim nazzjonali Spanjol u għadu jimpressjona mal-klabb Portugiż li qed jimmira li jerġa’ jirbaħ il-kampjonat.

Porto bħalissa jinsabu fit-tieni post fil-klassifika żewġ punti wara Benfica bi tliet logħbiet għat-tmiem kif ukoll għandhom il-finali tat-Tazza Portugiża kontra Sporting fil-25 ta’ Mejju. Huma kienu eliminati mill-kwarti tal-finali taċ-Champions League kontra Liverpool.