Atletika Sport

Il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport tiċħad l-appell ta’ Caster Semenya

(Ritratt: EPA)

Il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport ċaħad l-appell ta’ Caster Semenya fuq ir-regoli tal-IAAF dwar it-testosterone. Ir-regolamenti se jisfurzaw atleti b’livell għoli iżda naturali ta’ testosterone biex jieħdu medikazzjoni biex ibaxxuhom, jekk ikunu jridu jibqgħu jikkompetu. Semenya, li hi darbtejn rebbieħa Olimpika fit-800 metru u Athletics South Africa, qalu li r-regoli ma kinux skont il-liġi, iżda l-appell ġie miċħud mill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport.

L-atleta ta’ 28 sena għandha waħda mill-kundizzjonijiet marbuta mal-ġenetika li jwassal għal differenzi fl-iżvilupp tas-sess. Fi stqarrija, il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport qal li b’maġġoranza ġie deċiż li jiġi miċħud l-appell minħabba li naqas li jkun stabbilit minn Semenya u l-ASA li r-regolamenti kienu invalidi. B’reazzjoni għad-deċiżjoni, Semenya qalet li hi taf li r-regolamenti tal-IAAF dejjem poġġew lilha fil-mira u qed tikkunsidra jekk tappellax id-deċiżjoni.

Semenya u atleti oħra li se jkunu affettwati u qed jittamaw li jikkompetu fil-Kampjonat tad-Dinja f’Doha f’Settembru, iridu jibdew jieħdu l-medikazzjoni fi żmien ġimgħa biex ibaxxu l-livell tat-testosterone. Ir-regolamenti proposti jikkonċernaw atleti li jikkompetu minn avvenimenti tal-400 metru sa mil. Semenya kienet suġġett għal skrutinju minn meta daħlet fix-xena fil-Kampjonat tad-Dinja tal-2009 f’Berlin fejn rebħet l-ewwel minn tliet titli tad-dinja. Hi kisbet suċċess fl-età ta’ 18-il sena, anki jekk il-media internazzjonali ħolqot spekulazzjoni biex isir test u jiġi vverifikat is-sess tagħha, wara ilmenti mir-rivali tagħha.

Tags