Ewropa Kultura Lokali

Iż-Żwieten jirbħu l-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar

Il-Kamra tan-Nar 25 ta’ Novembru taż-Żejtun, rebħet il-Festival Internazzjonali tan-Nar 2019. Dan hekk kif ilbieraħ fil-Port il-Kbir ġie fi tmiemu dan il-festival li issa ilu jsir bosta snin.

Fit-tieni post ġew Vallcalluzzo Events Italja, fit-tielet post Platinum Fireworks mill-Filippini u fir-raba’ post Pyrocom mill-Estonja.

Fil-Port il-Kbir ittella’ spettaklu sinkronizzat mal-mużika li serva wkoll sabiex pajjiżna mmarka l-15-il sena mid-dħul fl-UE.

Din kienet it-18-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tan-Nar għalkemm l-avvenimenti jintemmu uffiċjalment is-Sibt li ġej b’serata tal-logħob tan-nar tal-art organizzata b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Floriana.

Ritratti: Joseph Galea