Lokali

Persuna tindarab wara li waqgħet minn fuq żiemel

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Illum, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu, il-Puluzija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-korsa tal-Marsa.

Il-puluzija tad-Distrett marret fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li persuna ta’ 59 sena, residenti Ħal Luqa, sofra xi ġrieħi wara li għal xi raġuni ż-żiemel li kien fuqu waqa’ mal-art.

Il-persuna ttieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u iktar tard ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Sfortunatament iż-żiemel miet fuq il-post tal-inċident.

L-investigazzjoni tal-Puluzija dwar dan l-inċident għadha għaddejja