Ambjent Lokali

Theddida ta’ żvilupp ta’ 8 sulari fil-wied tal-Mellieħa

L-iżvilupp bla rażan u bla rispett lejn l-ambjent jidher li se jkompli.

Din id-darba, il-vittma jidher li se jkun il-wied ta’ taħt il-Knisja tal-Mellieħa. Zona li hija ta’ valur agrikolu għoli, u skont sorsi fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar, dan il-proġett se jkun jikkionsisti minn blokka oxxena ta’ 8 sulari.

Il-proġett ma jaqax fil-pjan ta’ żviluppp lokali għall-Mellieħa, u lanqas f’dak taz-zona għat-turiżmu u r-rikreazzjoni. Iktar minn hekk, din iz-zona għandha importanza ekoloġika kbira li tinkludi sorsi ta’ ilma ġieri.

Ir-residenti li joqgħodu fi Triq il-Marfa propju fejn jispiċċa dan il-wied stenbħu għal sorpriża xejn sabiħa dan l-aħħar. Applikazzjoni għal permess ta’ bini f’ zona barra mill-arja ta’ żvilupp propju fil-wied tant sabiħ tal-Mellieħa.

L-applikant, li fuq il-permess huwa l-ex maġistrat Carol Peralta permezz tal-perit u ex ministru Laburista Charles Buhagiar, qed japplika għal permess biex jiżviluppa din iz-zona f’lukanda b’118 il-kamra u mifruxa fuq sitt sulari.

Ir-rabja fost ir-residenti tal-lokalità hija kbira, u persuni li tkellmu ma’ Net News stqarrew ukoll id-diżgust tagħhom għall fatt li dan l-iżvilupp lanqas rispett lejn il-mejtin midfuna fiċ-ċimiterju li jmiss eżatt maz-zona m’għandu.

Dan hekk kif l-iżvilupp propost jinsab imiss propju ma’ dan iċ-ċimiterju li ilu hemm is-snin. Dan barra li l-għoli tal-iżvilupp re jirvina din il-parti mhux mittiefsa tal-wied,u li jekk approvat jagħti lok għal iktar żvilupp fiz-zona.

Issa jista jkun li l-Awtorità titlob lill-applikant iċekken il-proġett qabel jiġi approvat.