Futbol Sport

Titħabbar il-mewt tal-eks captain ta’ Rabat Manwel Cortis

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer ta’ Rabat Manwel Cortis li miet fl-età ta’ 63 sena. Cortis kien strumentali fis-suċċess tar-Rabtin fis-snin 80, meta l-klabb rebaħ il-kampjonat darbtejn, darba l-FA Trophy, darbtejn il-Euro Cup u darbtejn is-Super Cup.

Cortis għamel id-debutt ma’ Rabat fil-21 ta’ Jannar 1973 fl-età ta’ 17-il sena fi żmien meta Rabat kienu għadhom jilagħbu fit-Tielet Diviżjoni. Ma’ Rabat, Cortis lagħab 130 logħba u skorja ħames gowls kif ukoll 31 logħba f’kompetizzjonijiet oħra tal-MFA. Hu kien ukoll captain ta’ Rabat meta lagħbu fil-kompetizzjonijiet Ewropej kontra Inter Bratislava, Partizan Belgrade, Omonia Nicosia u Porto.

Tags