Illum, l-1 ta’ Mejju , ġew mressqa quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr
Ian Farrugia żewġ persuni, wieħed ta’ 23 sena mill-Irlanda u ieħor ta’ 23 sena mill-Ingilterra.
Huma ġew akkużati li llum fuq ajruplan telgħu fi stat ta’ sakra, li telfu l-ekwipaġġ tal-ajruplan milli jaqdu dmirijiethom u li kisru l-paċi pubblika, fost l-oħrajn.
L-akkużati ġew immultati elf u ħamesw mitt ewro kull wieħed.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Silvio Magro.
//= $special ?>