Futbol Sport

Tabib minn Porto jagħti l-aħħar dettalji fuq Casillas: ‘Impossibbli li jerġa’ jilgħab”

Wieħed mit-tobba ta’ FC Porto ta aħbar negattiva dwar is-sitwazzjoni tal-ex gowlkiper ta’ Real Madrid, Iker Casillas. Wara li nhar l-Erbgħa sofra minn attakk f’qalbu waqt it-taħriġ, Casillas ittieħed l-isptar.

Huwa ġie operat bil-kundizzjoni tiegħu tkun dik ta’ waħda stabbli. Wara li għadda lejl mill-isptar, ħarġet l-aħbar tajba li Casillas m’għadux fil-periklu tal-mewt.

Madankollu, wieħed mit-tobba ta’ Porto, Antonio Corbalan, f’kumment li ta lill-istazzjon Spanjol TVE, ta nformazzjoni medika fuq l-ex gowlkiper tat-tim nazzjonali Spanjol dwar il-possibilita’ li jirritorna fix-xena tal-futbol.

Huwa qal “B’dak kollu li ġara, huwa prattikament impossibbli li jerġa’ jkun fiżikament tajjeb biex jagħmel xi sport. Huwa jista’ jgħix ħajja normali, iżda żgur mhux bħala futboler professjonali.