Kunsilli Lokali Lokali

Gvern li falla fejn jidħlu l-Kunsilli Lokali

Il-296 Kandidat għall-Kunsilli Lokali f’isem il-Partit Nazzjonalista “ma ġew imwegħda xejn” ħlief li se jsibu l-appoġġ mill-Partit, għall-kuntrarju tal-Kandidati Laburisti, li mhux biss ġew imwiegħda iżda tħallsu minn quddiem.

Dan intqal mill-kandidat tal-Kunsill Lokali fil-Gudja Mark Anthony Sammut, kif ukoll mis-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat, waqt it-tieni dibattitu li sar mill-Awtorita’ tax-Xandir.

Huma qalu li l-Partit Nazzjonalista dejjem żied il-finanzi u l-poteri tal-Kunsilli Lokali sa mit-twaqqif tagħhom, iżda llum dawn iż-żidiet qed ikunu marġinali.

Mark Anthony Sammut tkellem dwar kif il-ħajja qed togħla għal kulħadd. Iżda l-allokazzjonijiet mhux qed jogħlew daqskemm qed jogħlew l-ispejjeż.

Din il-ġimgħa stess, il-Prim Ministru ammetta li l-Kunsilli qatt ma kienu s-superfavoriti tieghu u għalhekk, wieħed jistaqsi jekk hux bi ħsieb li l-Gvern qed iħalli l-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsilli Lokali dejjem tonqos. B’hekk ikun jista’ jieħdilhom ix-xogħol minn idejhom u jiftaħar li għamel ix-xogħol hu.

Mark Anthony Sammut semma’ li din il-kritika mhix qed tiġi biss min-naħa tal-Oppożizzjoni, iżda wkoll minn Sindki Laburisti stess.

Min-naħa tiegħu, Noel Muscat tkellem dwar kif il-Gvern qed jiekol mill-poteri tal-Kunsilli Lokali, fosthom it-toroq, li huma biss mażra għall-Kunsilli jekk ma jkunux mogħtija l-għodda biex jaħdmu.C

Hu kompla jsostni kif il-Gvern ma saħħaħ l-ebda Kunsill Lokali.2

Iż-żewġ Kandidati tal-Partit Nazzjonalista kkonkludew billi saħqu li filwaqt li l-Partit Laburista qed jiftaħar li se jkun qed joħroġ Manifest għal kull lokalità, il-Partit Nazzjonalista ilu jagħmel dan mill-bidu tal-Kunsilli Lokali.

Il-Partit Nazzjonalista waqqaf il-Kunsilli Lokali, għall-kuntrarju ta’ dak qalu r-rappreżentanti tal-Partit Laburista, li saħqu li l-Partit Nazzjonalista hu kontra l-Kunsilli Lokali.

Waqt li r-rappreżentati tal-Partit Laburista baqgħu jinterrompu lill-Kandidati tal-Partit Nazzjonalisti, huma nesew diversi fatti importanti.