Sport

Il-Kumitat Olimpiku Malti jittama f’riżultati aħjar fil-Montenegro mill-aħħar żewġ edizzjonijiet

Gianluca Chetcuti se jġorr il-bandiera Maltija fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tat-18-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Aktar minn 80 atleta se jkunu qed jirrappreżentaw lil pajjiżna hekk kif il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-kontinġent Malti għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru fil-Montenegro għall-ewwel darba bejn is-27 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju. It-tiratur Gianluca Chetcuti, li sentejn ilu rebaħ il-midalja tad-deheb fid-Double Trap, ġie magħżul biex iġorr il-bandiera Maltija fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ li se ssir f’Budva. Ix-Chef de Mission se jkun Paul Sultana.

F’din it-18-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar se jkun hemm aktar minn 1000 atleta minn disa’ pajjiżi li se jieħdu sehem, bil-Montenegro se jkollhom kontinġent sħiħ. Il-messaġġ ewlieni ta’ din l-edizzjoni hi How Big We Are? b’referenza għal kemm huma b’saħħithom huma bħala atleti. Il-Logħob se jsiru f’ħamest ibliet differenti li huma Budvar, Bar, Tivat, Cetinje u Podgorica.

Id-Direttur tal-Isport Ivan Balzan ħabbar li Malta se tkun qed tieħu sehem fi tmien dixxiplini. Dawn huma l-atletika, il-basketball, il-beach volley, il-judo, l-isparar, l-għawm, it-table tennis u t-tennis. Hu kkonferma li probabbilment jiżdiedu xi atleti mill-atletika minħabba li qed isiru xi testijiet din il-ġimgħa filwaqt li jridu jitnaqqsu t-timijiet nazzjonali tal-basketball minn 15 għal 13-il plejer.

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello qal li huma aċċettaw in-nominazzjonijiet li saru mill-assoċjazzjonijiet lokali. Hu żied li parti mill-għażla marret ukoll fuq atleti promettenti bi preparazzjoni għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-2023 li se jsiru f’pajjiżna.

Pace Bonello kompla li bil-fondi li ngħataw jistgħu jippreparaw aħjar u qal li huma ppreżentaw il-proposti lill-Gvern biex ikomplu jtejbu l-isport Malti anki bi preparazzjoni għall-organizzazzjoni ta’ erba’ snin. Għal dan l-għan, se jkunu qed jaraw anki l-organizzazzjoni ta’ Montenegro. Hu rringrazzja lil dawk kollha nvoluti fil-preparazzjoni u jinsab kunfidenti li Malta tista’ tikseb riżultati aħjar mill-aħħar żewġ edizzjonijiet. Il-President tal-KOM saħaq li din hi opportunità eċċellenti biex l-atleti Malti jikkompetu fuq livell internazzjonali.

Paul Sultana ħabbar ukoll li għad fadal numru ta’ postijiet fuq it-titjira chartered u ħeġġeġ lill-familjari tal-atleti biex jattendu. Flimkien mal-atleti, se jkun hemm jakkumpanjawhom numru ta’ kowċis u uffiċjali mediċi. Id-Direttur tal-Media Maria Vella Galea ħadet l-opportunità biex tħeġġeġ lill-pubbliku biex jagħti l-appoġġ u jsegwi lit-tim Malti permezz tal-mezzi tal-media soċjali li se jkunu aġġornati kontinwament.

Il-kontinġent Malti

Atletika

Claire Rose Azzopardi (Long Jump, Triple Jump, 4 x 100m), Lisa Marie Bezzina (5,000m, 10,000m), Mona Lisa Camilleri (1,500m, 5,000m), Paula Grech (800m, 1,500m), Rebecca Sare (Long Jump, Triple Jump), Roberta Schembri (10,000m), Charlotte Wingfield (100m, 200m, 4 x100m relay), Jacob El Aida Chaffey (100m, 200m, 4x100m), Omar El Aida Chaffey (100m, 200m, 4x100m), Ian Paul Grech (Long Jump, Triple Jump), Jordan Daniel Gusman (1,500m, 5,000m), Luke Micallef (3,000m steeplechase), Damian Mizzi (400m, 4x400m), Kowċis: Mark Farrugia, Jivko Jetchev, Ivan Rozhnov

Basketball

Tim tan-Nisa: Sophie Abela, Patricia Arguello Cuenca, Maria Bonnett, Maddison Borg, Samantha Brincat, Elena Cassar, Christina Curmi, Kristy Galea, Josephine Grima, Gabriella Mifsud, Sarah Pace, Amelia Simmons, Cristina Sollami, Ashleigh Van Vleight Junior, Kowċis: Angela Adamoli, Peter Paul Farrugia

Tim tal-Irġiel: David Bugeja, Kurt Cassar, Chad Cuschieri Patus, Samuel Deguara, Aaron Falzon, Tevin Falzon, Alec Felice Pace, Matthew Gouder, Nelson Kahler, Peter Shoults, Roderick Vella, Kurt Xuereb, Nathan Xuereb, Kowċis: Roberto Ricchini, Joseph Muscat

Beach Volley

Nisa: Dominika Dworniczak, Melissa Sue Cheviron

Irġiel: Roberto Balzan, Manuel Raffa

Kowċ: Oskar Bjorlin

Judo

Lara Castillo (Individwali -52kg, Team), Kataryna Esposito – Individwali -57kg, Team), Francesco Aufieri Individwali -90kg), Isaac Bezzina (Individwali -100kg), Clive Camilleri (Individwali -81kg, Tim), Luca Montebello (Individwali -100kg), Jeremy Saywell (Individwali -66kg), Kowċis: Alexander Bezzina, Denis Braidotti

Sparar

Eleanor Bezzina (Air Pistol), William Vella (Air Pistol), Gianluca Chetcuti (Double Trap), William Chetcuti (Double Trap, Trap), Brian Galea (Trap), Kowċis: Francis Bugeja, John Mary Bugeja, Angelo Galea

Għawm

Nisa: Mya Azzopardi, Francesca Falzon Young, Sasha Gatt, Alexandra Mcgonigle, Amy Micallef, Martina Valletta, Michee Van Rooyen

Irġiel: Dylan Cachia, Andrew Chetcuti, Matthew Galea, Harry Stacey, Michael Stafrace, Mikhail Umanov, Thomas Wareing, Kowċis: Artem Goncharenko, Gran Kriztinger, Ioan Catalin Stan, David Bonello

Table Tennis

Nisa: Sasha Genovese, Viktoria Lucenkova, Jessica Pace

Irġiel: Daniel Bajada, Andrew Gambina, Gabriel Grixti

Kowċis: Mario Genovese, Johanna Grech

Tennis

Nisa: Francesca Curmi, Elaine Genovese

Irġiel: Matthew Asciak, Matthew Cassar Torreggiani, Omar Sudzuka

Kowċ: Joseph Sciberras