Is-Sibt se jittella’ għat-13-il darba il-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art fuq il-Fosos tal-Floriana lejliet il-festa ta’ San Publju.
Tkellimna mal-Minority Leader tal-Floriana James Aaron Ellul fejn spjegalna kif se jkun imqassam dan il-festival. Huwa qalilna li f’dan il-festival din is-sena se jieħdu sehem 8 kmamar tan-Nar, li kollha se jkollha żewġ biċċiet tan-nar tal-art, b’hekk se jkun hemm b’kollox 16-il biċċa tan-nar tal-art li dawk preżenti se jkunu jistgħu igawdu.
Fid-dawl ta’ dan ma setax jonqos li saret referenza għall-ħidma tal-PN fil-Floriana għal aktar ħarsien tal-Fosos; Pjazza San Publju – ħidma li bdiet tista’ tgħid minn mozzjoni li ressaq il-Partit Nazzjonalista fil-Floriana.
Ellul elenka li grazzi għall-ħidma tal-Partit Nazzjonalista fil-lokal, tiegħu u tal-Kunsillier Anthony Grech Sant saret pressjoni biex issa l-Kunsill Lokali jinsab fi stat bikri ta’ tfassil ta’ bye-law li l-għan ewlieni tagħha huwa li jħares il-Fosos. Huwa qal li hemm bżonn il-kopereazzjoni tal-awtoritajiet kollha konċernati, u semma’ kif fl-aħħar laqgħat tal-Kunsill talab biex meta jsir risk assessment, isir fuq iz-zona kollha, u mhux biss fuq dak li hemm fil-madwar. Hawn tenna li għalhekk hemm bżonn li anki dan jiġi ppubblikat ħalli l-Kunsill Lokali u dawk konċernati jkunu jafu x’nuqqasijiet u sfidi jaf ikun hemm madwar u fuq il-Fosos.
Intant hu appella biex is-Sibt li ġej id-dilettanti tal-Piroteknika u tal-festi Maltin jattendu għal dan il-festival fil-Floriana, f’ambjent ta’ festa.
//= $special ?>