MALTA…………………. 18 REPUBBLIKA ĊEKA…………………. 10
(5-3), (6-1), (3-2), (4-4)
It-tim nazzjonali Malti kiseb ir-rebħa li kellu bżonn biex ikkwalifika għall-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew tal-Juniors li se jsiru f’Georgia f’Awwissu. It-tim Malti kompla jibni fuq ir-rebħiet li kellu kontra l-Polonja u l-Iżvizzera u kkontrolla lill-avversarji wara bidu pożittiv, tant li qatt ma kien minn taħt fil-logħba. Din il-kwalifikazzjoni tpatti ftit għad-diżappunt tat-tim ta’ taħt il-15-il sena li naqas li jikkwalifika mal-aqwa timijiet fl-Ewropa. Għat-tim Malti spikka l-plejer ta’ Neptunes Jake Muscat li skorja total ta’ 19-il gowl fi tliet logħbiet.
Fl-ewwel sessjoni t-tim Malti kellu vantaġġ ta’ 4-1, iżda gowls minn Jan Cizek u Tomas Mika poġġew lit-tim Malti taħt ftit pressjoni, sakemm is-solitu Jake Muscat għamilhom 5-3 ftit qabel tmiem l-ewwel sessjoni. It-tim ta’ Karl Izzo kompla jżid fil-logħob tiegħu u baqa’ preċiż quddiem il-lasta, biċ-Ċeki ma jkollhomx risposta għal gowl wara l-ieħor tat-tim Malti hekk kif il-logħba ħadet xejra differenti minħabba d-distakk kbir li t-tim Malti fetaħ.

Bil-partita prattikament deċiża, fl-aħħar żewġ sessjonijiet it-tim Malti naqqas ftit mill-kwalità li wera fil-bidu, biċ-Ċeki jibqgħu jilagħbu biex jippruvaw inaqqsu d-distakk. Il-kowċ Malti beda jibdel aktar plejers spiss, b’Jake Muscat jistrieħ ftit minuti wkoll. Fit-tim spikka wkoll il-kollettiv b’Sebastian Busuttil kellu logħba tajba fis-centre filwaqt li xejn anqas minn tmien plejers niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Malta: M. Vassallo, J. Farrugia (2), J. Saliba, G. Melillo, M. Carani (2), B. Cachia (1), S. Stellini, S. Busuttil (4), G. Farrugia (3), J. Bonavia (1), M. Chircop (1), J. Muscat (4), M. Rossi
Repubblika Ċeka: A. Akmalov, J. Kral, J. Cizek (1), O. Sochor (1), A. Kriz (1), L. Ivanovic, O. Curda, F. Kouba (3), J. Parobek (3), V. Holaj, T. Mika (1), T. Spindler, M. Chvojka
Referees: Ognian Gerasimov (Bulgarija), Sevan Arslanyan (Turkija)
//= $special ?>