Il-Membru Parlamentari Ewropea Miriam Dalli jew gidbet jew ma tafx li għal attività li kienet preżenti għaliha hi stess, il-mexxej Laburista Joseph Muscat uża lil Kastilja għal attività politika.
Mistoqsija minn dan l-istazzjon dwar jekk taqbilx li l-mexxej Soċjalista juża lil Kastilja għal attività partiġġjana li mhix tal-Gvern, Miriam Dalli spiċċat tmeri is-sewwa magħruf u qalet li dan ma seħħx.P
Dan minkejja li l-Partit Laburista għamel xenata sħiha, b’Muscat ħiereġ minn Kastilja, sabiex jitkellem fl-attività politika tal-1 ta’ Mejju.
Iżda biex tiġġustifika dan, Miriam Dalli qabblet lil Kastilja ma’ pjazez u spazji miftuħa bħall-Fosos.
U għalkemm Miriam Dalli ddikjarat li għandu jkun hemm distinzjoni bejn Gvern u partit politiku, Kastilja – li minn dejjem kienet simbolu ta’ Gvern ‘lil hinn mill-politika partiġġjana – intużat minn Joseph Muscat biex minnha joħroġ b’mod tijonfali quddiem il-partitarji tiegħu.


