Lokali

Arrestati żewġ persuni wara sejba ta’ 130 kilo droga kannabis

Wara diversi ġimgħat ta’ osservazzjoni, il-lejl li għadda, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestat żewġ persuni Maltin wara sejba ta’ 130 kilogramma pjanta allegatament tal-kannabis.

L-imsemmija droga nstabet f’garaxx fiż-Żejtun. Dwar din is-sejba ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras li fetħet inkjesta bl-għajnuna ta’ diversi esperti.

Iż-żewġ persuni, ta’ 22 sena u 34 sena, residenti Bormla, mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin akkużati bil-pussess aggravat tal-istess dorga fost akkużi oħra.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.