Futbol Sport

Everton punt taħt Wolves b’rebħa fuq Burnley

(Ritratt: Premier League)

Everton baqgħu jittamaw li jiksbu s-seba’ post fil-kampjonat li jista’ jfisser post fl-Europa League staġun ieħor b’rebħa ta’ 2-0 kontra Burnley f’Goodison Park. B’hekk huma jinsabu punt taħt Wolves b’logħba aktar hekk kif kisbu żewġ rebħiet u draw mill-aħħar tliet logħbiet.

Everton fetħu l-iskor wara 17-il minuta meta x-xutt ta’ Richarlison minn qagħda ċentrali u minn barra l-kaxxa, kien imxellef mid-difensur Ben Mee u għeleb lil Tom Heaton. L-iskor sar 2-0 proprju tliet minuti wara b’xutt b’saħħtu ta’ Lucas Digne minn barra l-kaxxa li kien salvat parzjalment minn Tom Heaton, iżda l-ballun spiċċa fid-direzzjoni tad-difensur Seamus Coleman li waħdu b’daqqa ta’ ras mill-kaxxa ż-żgħira skorja.

Tags