Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fuq vettura

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt f’inċident fil-Belt Valletta għall-ħabta tal-4.45pm.

L-inċident seħħ fi Triq San Pawl hekk kif għal xi raġuni raġel Ingliż ta’ 50 seba residenti tas-Sliema waqa’ lura fuq vettura li kienet qed tistaq. Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti Ħal Qormi.

Għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.