PIETÀ HOTSPURS ………….. 1 GŻIRA UNITED …………… 2
Pietà: N. Vella, T. Ose, A. Machedo Neto, C. Grech, U. Umeh, I. Jalo, D. Agius, J. Ghio, J. Busuttil, G. Mensah, P. Chimezie
Gżira: J. Haber, J. Corbalan, R. Soares, F. Barbosa, S. Borg, Z. Scerri, G. Conti, E. Bilbao Zarate, J. Mengolo (N. Muscat 59’) (R. Briffa 109’), A. Cohen (M. Beerman 120’), H. Garba
Imwissija: U. Umeh 30’, I. Jalo 72’, C. Grech 80’ (P), R. Soares 75’, E. Bilbao Zarate 88’ (G)
Skorjaw: A. Cohen 29’, H. Garba 113’ (G), A. Machedo Neto 49’ (P)
Referee: Emanuel Grech
Assistenti Referees: Alan Camilleri, Darko Stankovic
Gowl fil-ħin barrani ta’ Haruna Garba poġġa lil Gżira United fis-semifinali wara rebħa ta’ 2-1. B’hekk il-Gżirjani jistennew l-avversarju l-Erbgħa fil-konfront bejn Hibernians u Valletta li jintlagħab wara d-decider. Il-logħba tkompliet mit-23 ta’ Frar wara li kienet abbandunata fid-89 minuta minħabba l-maltemp li għamel fil-Hibernians Stadium. Din it-telfa ttemm l-istaġun ta’ Pietà Hotspurs li mill-istaġun li ġej jirritornaw fl-Ewwel Diviżjoni.
Gżira setgħu skorjaw fil-ftit minuti ta’ ħin regolamentari bi kross ta’ Juan Corbalan mil-lemin lejn Haruna Garba li prova jilħaq il-ballun kif seta’ iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet barra. Wara erba’ minuti tal-ħin barrani, Gżira kważi marru fil-vantaġġ bi free-kick fuq it-tieni lasta min-naħa xellugija ta’ Andrew Cohen li ġie salvat fil-ħin minn Nicky Vella, b’Takaki Ose jitfa’ f’korner.
Okkażjoni oħra għal Gżira fil-110 minuta b’Cohen jiftaħ tajjeb fuq in-naħa xellugija tal-kaxxa lejn Juan Corbalan li dam ma kkonkluda iżda x-xutt tiegħu kien ferm żbaljat. It-tim ta’ Jesmond Zerafa skorja l-gowl tar-rebbieħ fil-113-il minuta bi kross mil-lemin tas-sostitut Roderick Briffa lejn HARUNA GARBA li ltaqa’ mal-ballun u b’daqqa ta’ ras b’saħħitha għeleb lil Vella.
//= $special ?>