Lokali

Ir-rwol tal-media fil-ħajja tal-lum

Il-Fondazzjoni AŻAD u l-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Malta l-Ġimgħa organizzaw diskussjoni mal-Professur Kevin Smith, id-Direttur tal-Kiplinger Program in Public Affairs Journalism.

Waqt din id-diskussjoni dawk preżenti tkellmu dwar ir-rwol tal-midja, il-libertà tal-espressjoni, kif l-udjenza tassorbi l-aħbarijiet, l-effett tal-aħbarijiet foloz.

Kevin Smith tkellem dwar il-fatt li l-fake news qed jispiċċa jnaqqas l-poter lin-nies, dan għaliex qed iġiegħel lill-pubbliku jemmen xi ħaġa li ma tkunx vera.

Huwa tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna.

Waqt din il-laqgħa dawk preżenti tkellmu dwar il-ġurnalisti Maltin li qed isibuha dejjem aktar diffiċli biex jaħdmu għax qed iħossuhom mhedda. Huwa saħqu l-fatt li sal-lum għadha ma saritx ġustizzja wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.