Lokali

Jum il-Familja fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl ir-Rabat

Robotics, treasure hunt, tisjir tal-pizza, dekorazzjonijet tal-kejkijiet, drama, human table soccer, logħob tal-gladjaturi, crafts, training tal-klieb.

Dan kollu u aktar f’post wieħed u b’għan mill-isbaħ.

Il-familja hija fil-qalb tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl u nhar il-Ħadd, il-ġurnata kollha se tkun iddedikata lill-familja hekk kif il-Kulleġġ se jorganizza ġurnata ta’ attivitajiet bil-għan mhux biss li jagħti isem lill-ġurnata, iżda li jagħti valur lill-wieħed mill-aktar valuri importanti li jifforma l-komunità ta’ din l-iskola

Il-ġurnata tibda b’ċelebrazzjoni tal -Quddies fejn ġenituri se jkollhom il-ħin biex jirriflettu, filwaqt li t-tfal se jkollhom l-ispjegazzjoni tal-liturġija għalihom.

Il-kumplment tal-jum ikun iffukat biex jipprovdu lill-ġenituri u t-tfal b’opportunità li jagħmlu attivitajiet varji flimkien.

Tul l-attività se jkun hemm ukoll bejgħ ta’ pjanti, kotba u ikel.

Min jixtieq iktar informazzjoni, jista’ jibħgat email fuq info@spmc.edu.mt.