Lokali

Malta tinżel 12-il post fl-Indiċi tal-liberta’ tal-ġurnalisti

"Il-Gvern Malti qed ikun ostili lejn il-ġurnalisti"

Minkejja l-ftaħir kollu tal-Gvern, pajjiżna spiċċa qala’ daqqa kbira ‘l isfel fl-Indiċi maħruġ minn Reporters Without Borders fil-jum li fih qed titfakkar il-liberta’ tal-media madwar id-dinja.

Fl-Indiċi tal-Liberta’ tal-Ġurnalisti, Malta issa tinsab fis-77 post – 12-il pożizzjoni ‘l isfel mill-65 post li kienet fih is-sena li għaddiet.

Fil-konklużjonijiet tagħhom, Reporters Without Borders ifakkru kif il-Gvern qed jimxi b’mod ostili mal-ġurnalisti f’Malta.

Dan l-indiċi kien ippubblikat kmieni dalgħodu.