Lokali

Mara fil-periklu tal-mewt wara li spiċċat mgħaffġa bejn trakk u ħajt

L-isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji

Mara tinsab fil-periklu tal-mewt wara li spiċċat mgħaffġa bejn trakk u ħajt. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30pm fi Pjazza San Pawl f’Marsalforn, Għawdex.

Net News jinsab infurmat li Ċiniża ta’ 61 sena residenti Marsalforn kienet miexja fuq il-bankina meta għal xi raġuni trakk li kien ipparkjat mexa’ bil-konsegwenza li tgħaffġet ma’ ħajt.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar t’Għawdex fejn ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.

Bħalissa fuq il-post għaddejja inkjesta, bis-sehem ta’ diversi esperti maħtura mill-maġistrat inkwirenti.

Il-Pulizija qed jinvestigaw dan l-inċident.