Lokali

Tkompli l-kampanja negattiva ta’ Muscat

L-aktar politiku fl-istorja ta’ Malta, flimkien ma’ Alfred Sant, li possibilment jibqa’ magħruf għall-u-turns…issa qed jattakka lill-avversarji tiegħu bil-u-turns – f’każ ieħor ċar fejn Joseph Muscat qed ikompli jimbotta politika konfrontazzjonali u negattiva.

Kliem li Joseph Muscat lissen quddiem l-ewforija tal-partitarji tiegħu f’Ħal Għaxaq.

L-istess Muscat li fl-istorja se jibqa’ imfakkar għall-u-turn fuq il-Kunsilli Lokali, il-u-turn tiegħu dwar id-dħul fiż-zona ewro, il-u-turn tiegħu fuq il-pushbacks, u lista ma tispiċċa qatt ta’ u-turns storiċi…li l-akbar waħda fosthom, tibqa’ l-u-turn ta’ Muscat dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea – xi ħaġa li bħal donnu jrid inessi.

Din l-istqarrija li għamel f’Ħal Għaxaq tkompli mal-kampanja negattiva li imbarka fuqha l-Gvern Soċjalista Malti hekk kif resqin lejn l-elezzjonijiet tal-MEPs. U stqarrija li tasal ġimgħa wara d-dikjarazzjoni vjolenti ta’ Alfred Sant, ta’ għajn għal għajn u sinna għal sinna.