Ajruplan tat-tip Boeing 737 spiċċa fi xmara fl-Istat Amerikan ta’ Florida wara li skiddja minn fuq ir-runway waqt inzul f’nofs maltempata.
Ħadd, mill-143 passiġġier abbord, ma weġġa serjament.
L-ajruplan kien fuq titjira minn Guantanamo Bay f’Cuba għall-bażi militari fil-belt ta’ Jacksonville.
Il-passiġġieri qalu li l-ajruplan għamel l-inżul tiegħu, qrib St John’s River, f’maltemp kbir,
Mal-20 persuna sofrew ġrieħi ħfief.
Passiġġieri li kienu abbord iddeskrivew il-mument tal-inżul bħala wieħed terrifikanti. “Spiċċajna fl-ilma u ma stajniex nifhmu jekk konniex fi xmara jew fl-oċean”, qalu l-passiġġieri.
//= $special ?>