Wara li ftit tal-jiem ilu, il-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma qalet li s-sitwazzjoni dwar tnixxija ta’ drenaġġ fl-inħawi ta’ Ras il-Ħobż kienet tinsab taħt kontroll, dawn l-immaġni juru mod ieħor.
Il-Viċi Sindku ta’ Għajnsielem, Kevin Cauchi, permezz ta’ post fuq Facebook fost l-oħrajn, qal li se jkun qed jitlob lill-Kunsill Lokali biex iżid il-pressjoni fuq l-awtoritajiet sabiex din is-sitwazzjoni inaċċettabbli tigi solvuta b’mod immedjat.
Iz-zona ta’ Ras il-Ħobż hija waħda popolari ħafna mal-bugħaddasa. Infatti hija zona rreklamata bħala zona għall-għadds għat-turisti.
Il-problema tad-drenaġġ ilha s-snin tippersisti fl-inħawi ta’ Ras il-Ħobż u issa jidher li l-istqarrijiet li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ftit tal-jiem ilu kienu kliem fieragħ.
//= $special ?>