Tkompli tirranka l-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fil-25 ta’ Mejju, hekk kif ilbieraħ saru 3 dibattiti waqt il-programm Xarabank fuq ix-xandir nazzjonali.
Fl-interventi tagħhom, il-kandidati f’isem il-Partit Nazzjonalista Frank Psaila, Dione Borg u Michael Briguglio tkellmu dwar suġġetti varji li qed iqajjmu n-nies.
Frank Psaila qal li filwaqt li qed isir ħafna ftaħir dwar tkabbir ekonomiku u surplus, hemm ħafna nies li qed jibqgħu lura, li qed jingħafsu bil-kirjiet jew bil-prezzijiet ta’ mediċini li l-Gvern qed jixxaħħaħ milli jgħin lill-iktar vulnerabbli.
Tkellem ukoll dwar Għawdex fejn qal li filwaqt li l-Gvern wiegħed lill-Għawdxin sptar state of the art, fir-realta’ qabad u tah lil sidien li sal-lum ħadd għadu ma jaf min kienu.C
Fit-tieni dibattitu, il-kandidat Dione Borg tkellem dwar l-importazzjoni qawwija ta’ ħaddiema barranin li qed jifqgħu il-pajjiż biċ-cheap labour.
Qal ukoll li l-kandidati tal-Partit Soċjalista jipprovaw jaħbu li s-Soċjalisti Ewropej iridu li l-abort ikun aċċessibbli kullimkien madwar l-Ewropa. Fil-fatt, il-kandidat Laburista Cyrus Engerer kien mistoqsi diversi drabi, kemm mill-istess Dione Borg kif ukoll mill-preżentatur, jekk hux kontra l-abort.C
Il-Kandidat Michael Briguglio ifforka l-intervent tiegħu fuq temi ambjentali u qal li ċifri qed juru li t-tniġġiż fl-arja żdied għaliex m’hemmx pjan fuq it-trasport ħlief li jitwessgħu numru ta’ toroq.
Kompla li issa intilef kull kontroll tal-iżvilupp u l-pajjiż qiegħed jgħum fil-konkos.
Waqt il-programm kien hemm ukoll interventi minn numru ta’ kandidati li qed jikkontestaw f’isem partiti żgħar jew indipendenti.
//= $special ?>