Il-Kunsill Lokali b’maġġoranza Nazzjonalista tar-Rabat Għawdex dejjem ħadem b’risq ir-residenti kif ukoll il-kummerċ fil-lokalita’ permezz ta’ diversi proġetti li twettqu tul is-snin. Waqt żjara fil-lokalita’, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li vot b’saħħtu għall-kandidati tal-Partit Nazzjonalista jassigura kontiwita’ fil-ħidma tal-Kunsill Lokali.
Adrian Delia fakkar kif amministrazzjonijiet Nazzjonalisti dejjem poġġew lil Għawdex fuq quddiem nett tal-aġenda nazzjonali. Min-naħa l-oħra, il-Gvern Laburista nesa lil Għawdex. Il-Kap tal-PN qal li l-Gvern għadda liġi biex taparsi jagħti iktar leħen lil Għawdex iżda min ipoġġi fuq dan il-kumitat reġjali għal Għawdex mhux magħżul mill-Għawdxin iżda magħżul mill-Gvern.C
Matul iż-żjara fir-Rabat Għawdex, Adrian Delia tkellem ma’ diversi sidien ta’ negozji, residenti u ħaddiema. Ħafna minnhom semmew il-problema dejjem tikber tal-parkeġġ. Qal li hekk kif l-isfidi tal-parkeġġ qed jaslu anki f’Għawdex, jitneħħa l-parkeġġ fil-Belt Victoria. Adrian Delia kien akkumpanjat mid-Deputati Frederick Azzopardi u Chris Said, il-kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Frank Psaila, kunsillieri u kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali Għawdxin.
//= $special ?>