Għawdex Lokali Transport

Il-PN huwa konsistenti dwar il-prinċipju ta’ konnettività adekwata bejn Malta u Għawdex

Joseph Muscat għadu ma jistax jifhem li l-Partit Nazzjonalista baqa’ dejjem konsistenti dwar il-prinċipju ta’ konnettività adekwata bejn Malta u Għawdex iżda qatt ma tat carte blanche lill-Prim Ministru li jagħmel li jrid qabel jiġu ppubblikati l-istudji u jsir proċess serju ta’ konsultazzjoni. 

Il-PN fi stqarrija qal li Joseph Muscat ma jistax jifhem li proċess serju jitlob li l-ewwel isiru l-istudji kollha, ssir konsultazzjoni  dwarhom u jkun biss wara li tittieħed deċiżjoni finali biex jibda x-xogħol. Il-Prim Ministru l-ewwel dam sitt snin ikaxkar saqajh u issa jrid jibqa’ ghaddej bla bla proċess serju.

“Il-Partit Nazzjonalista favur il-prinċipju tal-konnettività bejn Malta u Għawdex imma jrid li l-interess ta’ Għawdex jiġi żgurat u bl-istess mod tiġi żgurata ts-sostenibilità tal-ambjent u l-governanza tajba”.