Iċ-Ċiklun Fani s’issa ħalla 12-il persuna mejta hekk kif laqat b’qawwa l-istat Indjan ta’ Odisha.
Dan huwa l-agħar ċiklun li laqgħet l-Indja fl-aħħar 5 snin u li mistenni jkompli bil-ħerba tiegħu hekk kif qed jersaq dejjem aktar lejn il-Belt ta’ Bangladesh. Minn din il-belt diġa ġew evakwati mal-miljun persuna, għalkemm jidher li Fani qed inaqqas xi ftit mis-saħħa tiegħu.
Għexieren ta’ rħula mal-kosta ta’ Bangladesh kienu mgħarrqa wara li ilqugħ li jinsab mal-kosta apposta biex inaqqas mill-effetti tal-maltempati infaqgħu.
Għadd ta’ djar inqerdu fid-distrett ta’ Noakhali fejn tarbija ta’ sentejn tilfet ħajjitha u madwar 30 persuna oħra indarbu.
//= $special ?>