Futbol Sport

Iż-żewġ captains jitkellmu qabel id-dwell bejn Valletta u Hibernians

Hekk kif illum tintlagħab id-decider għar-rebħ tal-kampjonat bejn Valletta u Hibernians, Net Sports ħa l-kummenti taż-żewġ captains, Jonathan Caruana għal Valletta u Bjorn Kristensen għal Hibernians.

Iż-żewġ timijiet temmew il-kampjonat bi 58 punt, b’Valletta jispiċċaw draw kontra Ħamrun Spartans filwaqt li Hibernians għelbu lil Balzan 5-1 fl-aħħar konfront. Fl-aħħar ħames staġuni, Valletta u Hibernians alternaw il-kampjonati u għalhekk mistennija logħba missielta bejn żewġ timijiet li ddominaw il-futbol lokali fl-aħħar snin