Kultura Kunsilli Lokali Lokali

Jinbidel il-ħin tal-Festival tal-Logħob tan-Nar tal-Art

Il-Festival mistenni jibda' tliet kwarti qabel

Il-Kunsill Lokali Floriana u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu infurmaw lill-pubbliku li nbidel il-ħin għat-XIII-il Edizzjoni tal-Festival tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat li issa qed isir kull sena fi Pjazza San Publju (il-Fosos) fil-Floriana.

Dan il-festival se jkun qed isir illejla s-Sibt 4 ta’ Mejju, fl-9.45pm, tliet kwarti qabel il-ħin skedat. Dan minħabba twissija ta’ riħ qawwi.