Lokali

Kampanja ta’ attakki, gideb u insulti

“Min iwiegħed… take him with a pinch of salt…, anzi with a bucket full of salt”. Hekk qal Joseph Muscat waqt li dalgħodu kien qed jindirrizza l-partitarji Laburisti f’attività politika fix-Xagħra Għawdex.

“Il-wegħdiet toħduhomx b’serjeta’”, qal Muscat…l-istess kif in-nies tal-Gżira ma ħaduhx b’serjetà 4 snin ilu meta ħabbar il-proġett Metropilis… li sa issa għadu ħofra. U l-istess kif qed jagħmel issa; iwiegħed spazju miftuħ għall-familji u jħalli kollox fl-arja.

Intant, fl-istess attività f’Għawdex, il-Ministru Michael Farrugia prova jnaqqas mis-serjetà tas-sitwazzjoni preżenti li qed tinkwieta lil ħafna residenti Slimiżi rigward serq minn residenzi privati f’Tas-Sliema.

Waqt li fuq naħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ilu żmien twil jitkellem fuq din is-sitwazzjoni u n-nuqqas ta’ sigurtà….. min-naħa l-oħra għandek lill-Ministru Michael Farrugia li spiċċa jattakka lil Adrian Delia – f’kontinwazzjoni ta’ kampanja negattiva mill-Gvern Soċjalista Malti.

Li ma semmiex il-Ministru hu l-fatt li għexieren ta’ residenti Slimiżi huma inkwetati bil-mewġa ta’ serqiet f’dawn l-aħħar xhur. U lil dawn se jgħidilhom li qed ipeċilqu?