Lokali

Karmena – 103 snin ta’ mħabba għall-Qala u b’għożża lejn il-valuri

Karmena, familtha u r-raħal tal-Qala qed jiċċelebraw għeluq il-103 snin ta’ din l-anzjana maħbuba minn kulħadd.

Is-Sibt, waqt żjara fil-gżira Għawdxija, anke l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia żar lil Karmena biex personalment seta’ jawguralha ħajja feliċi u itwal.

F’laqgħa emozzjonanti, Karmena tkellmet mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista dwar l-imħabba tagħha lejn l-għalqa u l-prodotti li l-familja tipproduċi, imma fuq kollox l-għożża tagħha għall-valuri.

Imdawra minn uliedha u l-familja tagħha, fid-dar tagħha f’dan il-villaġġ Għawdxi, Karmena żvelat mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista s-sigriet ta’ ħajja tant twila u feliċi: ix-xogħol iebes u b’dedikazzjoni, kif ukoll it-talb.