Lokali

Mediċini importanti għad-dijabetiċi għandhom ikunu disponibbli b’xejn

Mediċina importanti għad-dijabetiċi għadha mhix fuq il-formularju nazzjonali f’Malta anki jekk saru diversi appelli inkluż minn professjonisti.

Francis Zammit Dimech, ko-president tal-grupp ta’ ħidma tad-dijabete ta’ l-Unjoni Ewropea, fi stqarrija appella lill-Gvern biex jagħmel din il-mediċina disponibbli għad-dijabetiċi b’xejn.

Hu qal li ċertu mediċina importanti ħafna għad-dijabetiċi huma disponibbli b’xejn fi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea. Il-professjonisti spjegaw kif din il-mediċina tevita kumplikazzjonijiet, puplesija u attakki tal-qalb. Huma spjegaw ukoll li llum mhux kulħadd jista’ jaffordja din it-tip ta mediċina li tiswa bejn €60 u €130, li f’Malta jridu jinxtraw u bħala riżultat dan qed joħloq sitwazzjoni varja fil-kura bejn dawk li jistgħu jaffordjaw din il-mediċina jew le.

Irrispettivament mill-kampanja li għamel il-Partit Nazzjonalista u l-MEP Francis Zammit Dimech mill-Parlament Ewropew sabiex il-Gvern jagħmel disponibbli monitors tal-glucose kontinwu (CGM) b’xejn, u irrispettivament mid-dikjarazzjoni tal-Gvern li dawn se jsiru disponibbli, l-familji li qed niltaqgħu magħhom qed jgħidulna li t-tfal għadhom qed jistennew il-CGM. 

L-istqarrija, iffifmata minn Mario Galea. Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa Mentali, d-Dimensja, l-Kura fil-Komunità, d-Dijabete, u d-Drittijiet tal-Annimali u Francis Zammit Dimech, Membru tal-Parlament Ewropew, ittemm tgħid li l-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern biex iżomm ma dak li wiegħed għax is-CGMs jgħinu lit-tfal biex jimmonitorjaw il-livell taz-zokkor tagħhom mingħajr il-ħtieġa li jniggżu bl-labra diversi drabi kuljum.