Grupp li qed isejjaħ lilu nnifsu Fl-Interess ta’ Malta u li qed jiddeskrivi l-ħidma tiegħu bħala waħda ‘indipendenti’ se jibda jiġbor petizzjoni biex Joseph Muscat jibqa’ fit-tmexxija tal-Partit Laburista u allura jibqa’ hu Prim Ministru ta’ Malta.
Dan il-grupp ‘indipendenti’ hu magħmul minn Emanuel Cuschieri, minn Tony Zarb ex-Segretarju tal-GWU u mis-Sinjura Ġuża Cassar. Huma semmew li din il-petizzjoni qed issir fl-interess nazzjonali.
